Matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm tnaqqis konsiderevoli fl-għadd ta’ reati rrappurtati f’San Ġiljan u f’Tas-Sliema.
Dan ħareġ minn statistika ppreżentata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, wara li ġie mistoqsi mid-Deputat tal-Partit Nazzjonalista, Eve Borg Bonello.
Borg Bonello staqsiet lill-Ministru jgħid kemm żdiedu l-atti kriminali sena b’sena dawn l-aħħar ħames snin f’San Ġiljan, bit-tabella ppreżentata mill-Ministru Camilleri tixhed kif proprju mhux talli ma kienx hemm żieda meta mqabbel mal-2017 talli kien hemm tnaqqis konsiderevoli. Fl-2017 kien hemm 1,810 rapporti fuq medda ta’ sena filwaqt li fl-2021 kien hemm 892 rapport.
San Ġiljan | 2017 | 2018 | 2019 | 2020 | 2021 | Sa Settembru 2022 |
Total | 1810 | 1493 | 1426 | 739 | 892 | 793 |
Intant, l-istess deputat staqsiet lill-Ministru l-istess dwar il-lokalità ta’ Tas-Sliema, bit-tabella ppreżentata wkoll turi tnaqqis konsederevoli meta mqabbel mal-2017.F’dik is-sena kien hemm 1,383 rapport filwaqt li fl-2021 kien hemm 648 rapport.
Sliema | 2017 | 2018 | 2019 | 2020 | 2021 | Sa Settembru 2022 |
Total | 1383 | 905 | 855 | 653 | 648 | 492 |