In-numru ta’ inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol tul l-ewwel nofs ta’ din is-sena jidher li naqsu b’19-il każ, 1.2%, dan meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena.
Fl-istess perjodu ġie rrappurtat li kien hemm każ wieħed li kien fatali, fejn dan wera tnaqqis ukoll meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Dan hekk kif fl-istess perjodu tas-sena 2016 ġew irrappurtati 4 każijiet li kienu fatali.
Dan skont statistika tal-Uffiċċju Nazzjoni tal-Istatistiki li rrapporta kif 1,593 persuna kellhom inċident mhux fatali fuq il-post tax-xogħol fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Il-maġġor parti tal-każijiet seħħew fil-qasam tal-manifattura, 16.6%.
242, 15.2%, tal-każijiet seħħew f’postijiet tal-kostruzzjoni, segwiti minn 14.9% fis-settur tat-trasport. In-numru ta’ inċidenti mhux fatali naqsu bi 18-il każ fis-settur pubbliku meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Is-settur tal-edukazzjoni ra żieda ta’ 15-il każ f’inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol.
L-iktar inċidenti komuni kienu jinvolvu l-parti fuq tal-ġisem; fosthom fis-swaba u fl-idejn.