Infermiera Amerikana li rnexxielha taħrab mill-karozza tagħha li nħakmet min-nirien spjegat kif ħasbitha li kienet se tmut wara li evakwat l-isptar minn fejn taħdem hekk kif komplew jinfirxu n-nirien qattiela f’Kalifornja.
Mal-midja, Nichole Jolly spjegat kif ħwejjiġha ħadu n-nar waqt li ppruvat taħrab in-nirien qawwija hi u tgħin lil diversi pazjenti jaħarbu mill-isptar. Il-villaġġ ta’ Paradise tilef 25 resident kawża ta’ dawn in-nirien li qed ikuu deskritti bħala l-agħar diżastru naturali fl-aħħar 87 sena.
“Ħsibtni se mmmut. Kif rajt li l-karozza tiegħi ħadet in-nar, ċempilt lil żewġi u għidtlu biex jgħid lill-uliedna li nħobbhom. Qalli ‘tmutx. Iġri'”, spjegat Jolly.
“Qtajt it-telefonata u ħriġt niġri minkejja li ħwejġi ħadu n-nar”, żiedet tgħid l-infermiera. Din ġriet wara vettura tat-tifi tan-nar, fejn il-pumpiera wettqu operazzjoni delikata biex jitfu n-nar li ħakmu ħwejjiġha.
“Kif ilmaħt lil żewġi, ġrejt għal fuqu, għannaqtu, u mhux beħsiebni nħallih”, temmet jgħid l-infermiera żagħżugħa.