Tilfet ħajjitha Winnie Mandela, l-eks mara tal-ewwel President iswed tal-Afrika t’Isfel Nelson Mandela, fl-età ta’ 81 sena. Winnie Madikizela Mandela kienet attivista kbira fl-Afrika t’Isfel kontra l-apartheid, jiġifieri d-diskrimnazzjoni mill-bojod kontra s-suwed.
Il-koppja, li huma magħrufa sew għar-ritratt li ttieħed tagħhom id f’id meta Mandela nħeles mill-ħabs wara 27 sena, kienu idoli għal bosta.
Fi stqarrija l-assistenta personali tagħha qalet li hi Winnie tilfet ħajjitha kawża ta’ marda li kienet ilha tkarkar biha snin.