Membru Parlamentari Franċiża, Corrine Erhel, mietet wara li ħassa ħażin fuq l-istage waqt li kienet qed tagħmel diskors f’rally tal-kandidat Presidenzjali Emmanuel Macron.
Erhel li kellha 50 sena, kienet l-aħħar kelliema tar-rally f’Plouisy fi Franza. Il-Membru Parlamentari mietet ftit tal-ħin wara fl-isptar. Kienu bosta l-kollegi ta’ Corrine li kitbu fuq il-midja soċjali dwar ix-xokk li ħadu meta saru jafu li l-Membru Parlamentari tilfet ħajjitha, huma kellhom biss kummenti pożittivi dwarha.
Fost il-kummenti, kien hemm dawk tal-President Franċiż Francoise Hollande li qal li Corrine ilha membru parlamentari mill-2007 u dejjem ħadmet bi sħiħ, filwaqt li dejjem baqgħet viċin tan-nies.
L-elezzjoni Presidenzjali tissokta għada bejn Emmanuel Macron u Marine Le Pen.