Il-Pulizija fetħu inkjesta b’rabta mal-qtil ta’ mara Ingliża li ġiet esposta għall-kimika Novichok f’Wiltshire.
Dawn Sturgess ta’ 44 sena tilfet ħajjitha fl-isptar il-Ħadd filgħaxija filwaqt li Charlie Rowley ta’ 45 sena, li ukoll ġie espost għal din il-kimika iżda f’Amesbury, jinsab fi stat kritiku fl-isptar.
Theresa May qalet li tinsab xxukjata bil-mewt ta’ Sturgess, dan wara li ġiet avvelenata bl-istess kimika li ntużat fuq l-eks spija Russu Sergei Skripal.