Fl-età ta’ 103 mietet Dame Vera Lynn, mara Ingliża li għal diversi snin kienet tferraħ lis-suldati tat-tieni gwerra dinjija billi tkantalhom u tiżfnilhom.
Ħafna wkoll kienu jħarsu lejn Vera Lynn bħala figura ta’ tama u reżiljenza f’dawn iż-żminijiet xejn sbieħ fl-eqqel tal-gwerra.
Bil-kanzunetti We’ll Meet Again u anke The White Cliffs of Dover, Vera Lynn ispirat kemm it-truppi li kienu qed jiġġieldu għal pajjiżhom, kif ukoll lin-nies li kienu maqfulin f’darhom f’din il-gwerra.
Hekk kif diversi bliet fir-Renju Unit kienu taħt attakk mill-għadu, il-kanzunetti ta’ tama ta’ Vera Lynn instemgħu minn miljun ta’ Brittaniċi fi djarhom.