Omm Eminem, Debbie Nelson, mietet fl-età ta’ 69 sena wara battalja ma’ kanċer tal-pulmun fi stadju avvanzat. Hija tilfet ħajjitha lbieraħ filgħaxija f’Missouri, l-Istati Uniti.
Ir-rabta bejn Eminem u Debbie kienet xejn konvenzjonali. Matul is-snin, ir-relazzjoni tagħhom kienet waħda li għaddiet minn fażijiet, mimlija drama u taqlib emozzjonali.
Eminem kemm-il darba esprima s-sentimenti tiegħu ta’ negliġenza u abbuż li esperjenza f’xi kanzunetti tiegħu, li wassal għal ġlied pubblika ma’ ommu, fosthom b’kawża l-Qorti fl-1999.
Fl-2007, Debbie wkoll kitbet ktieb, li fih tkellmet dwar l-esperjenzi u l-memorji tagħha, bl-isem ta’ “My Son Marshall, My Son Eminem”.
Minkejja s-snin ta’ ġlied, kien hemm sinjali ta’ titjieb fir-relazzjoni tagħhom, f’dawn l-aħħar snin.