It-Tnejn filgħaxija tħabbret il-mewt tal-kantata u attriċi, Olivia Newton-John, fl-età ta’ 73 sena.
Il-mewt ta’ Olivia Newton-John tħabbret mir-raġel tagħha, John Easterling.
Newton-John mietet f’darha f’California, imdawra flimkien mal-qraba u l-ħbieb.
Hija twieldet fis-26 ta’ Settembru tal-1948 ġewwa Cambridge fir-Renju Unit.
Olivia Newton-John tibqa’ magħrufa għall-irwol tagħha fil-film mużikali popolari, “Grease”. Hawnhekk flimkien mal-istilla John Travolta, ħarġu l-kanzunetti “You’re the One That I Want” u “Summer Nights”.
Tul il-karriera tagħha hija rebħet erba’ Grammy Awards.
Fl-1974, Newton-John kienet irrappreżentat lir-Renju Unit fil-Eurovision Song Contest, bil-kanzunetta “Long Live Love”, fejn ikklassifikat fir-raba’ post.