Lee Radziwill, oħt Jacqueline Kennedy Onassis, mietet fl-età ta’ 85 sena.
Radziwill, li kienet ikona tal-moda mietet f’darha fi New York.
Hi kienet magħrufa bħala attriċi u kittieba. Barra minn hekk, Lee iżżewġet 3 darbiet fosthom lill-Prinċep Pollakk.
Hija twieldet fl-1933, u iktar tard f’ħajjitha kellha ħbiberiji ma’ bosta ċelebritjiet tal-moda.
Ħafna drabi kienet nominata bħala l-iktar personalità famuża, li kienet tilbes b’mod impekkabbli.