Matul il-lejl li għadda tħabbret il-mewt ta’ Ruth Bader Ginsburg, li kienet isservi bħala Imħallef fil-Qorti Suprema tal-Istati Uniti. Ginsburg li kienet meqjusa bħala ikona għad-drittijiet tan-nisa mietet bil-kanċer tal-frixa fl-età ta’ 87 sena.
Matul il-karrier tagħha, Ginsburg saret figura liberali prominenti, u hija kienet it-tieni mara li qatt serviet fil-Qorti Suprema u kienet ilha tokkupa din il-kariga għal 27 sena.
F’kummenti li ta, il-Prim Imħallef John Roberts kellu kliem ta’ tifħir għall-kollega tiegħu, u semma kif hija se tibqa’ tiġi mfakkra għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Intant, il-President Amerikan, Donald Trump huwa mistenni li jinnomina sostitut konservattiv minflok Ginsburg.