Illum wara nofsinhar marret għal ħajja aħjar l-ewwel Sindku tal-Imtarfa, is-Sinjura Josephine Abela.
Imwielda f’Settembru tal-1947, kienet l-ewwel Sindku tal-Imtarfa. Dan kien l-aħħar Kunsill minn 68 f’Malta u Għawdex li ġie mwaqqaf, proprju fis-27 t’April tas-sena 2000.
Is-sindku tal-Imtarfa Daniel Attard fakkar li fl-aħħar serata ta’ Jum l-Imtarfa, kienet onorata bl-għoti ta’ ġieħ specjali għall-ħidma tagħha fl-Imtarfa. Qal li sal-lum il-Kunsill għadu jiċċelebra Jum l-Imtarfa proprju fl-istess jum li twaqqaf b’Josephine Abela bħala Sindku. Hija kienet kruċjali fl-ewwel proġetti li saru meta l-Imtarfa bdiet timtela minn familji u koppji żgħażagħ, ġejjin minn kull rokna ta’ Malta, f’post li kien għadu relattivament mejjet wara li telqu l-Ingliżi