L-attriċi Karmen Azzopardi mietet fl-età ta’ 87 sena.
Meqjusa bħala attriċi versatili ħafna u li t-telfa tagħha hi telfa għat-teatru Malti, Azzopardi bdiet il-karriera fuq il-palk fil-ħamsinijiet.
Karmen Azzopardi ħadmet ħafna mill-qrib ma’ Francis Ebejer, li kienet tqisu bħala missier it-teatru Malti modern.
Azzopardi kienet tgħid li Ebejer żviluppa karattri f’kitbietu mnebbħa minnha.
Hija kellha kumpanija teatrali u kienet ittella’ xogħol ta’ kwalità kemm bil-Malti u anki bl-Ingliż.
Għoxrin sena ilu hija ngħatat l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika għall-kontribut li tat lejn l-iżvilupp tat-teatru f’Malta.
Karmen Azzopardi kienet miżżewġa lil Paul Naudi, li kien Ambaxxatur Malti fir-Russja.