Fl-età ta’ 53 sena, tħabbret il-mewt tal-attriċi Ingliża Emma Chambers.
Hija kienet magħrufa l-aktar għall-irwol tagħha fis-serje televiżiva tal-BBC “The Vicar of Dibley”, u fil-film “Notting Hill”.
L-aġent tal-attriċi, li qal li mietet mewta naturali, esprima s-sogħba tiegħu għal din l-aħbar, u qal li n-nuqqas ta’ Chambers se jinħass ħafna.
Dawn French, li kienet taħdem mill-qrib ma’ Chambers f'”The Vicar of Dibley”, iddeskrivietha bħala ħabiba li kulħadd jixtieq li jkollu hekk kif kienet leali u kienet taf tħobb.
I was regularly humped like this by the unique & beautiful spark that was Emma Chambers. I never minded. I loved her. A lot . pic.twitter.com/imzkoyKja9
— Dawn French (@Dawn_French) February 24, 2018