Tħabbret il-mewt ta’ Katya magħrufa bħala Kaka li kienet meqjusa bħala ikona għall-komunità Maltija tal-LGBTQ+.
Katya kienet magħrufa sew għall-ispettakli tal-cabaret li kienet ittella’ fis-snin sebgħin fi klabbs diversi madwar Malta u kif ukoll Londra.
Il-komunità LGBTQ+ fakkru l-memorja ta’ Katya fejn spjegaw kif hi kienet ikona f’Malta għall-komunità LGBTQ+ hekk kif dejjem wettqet dak li emmnet fih, anke fi żmien meta Malta kienet għadha konservattiva.
F’messaġġ fuq is-sit tagħhom, il-komunità LGBTQ+ appellaw lill-qraba u l-ħbieb tagħha biex jibgħatulhom aktar memorji u ritratti ta’ Katya sabiex jiddedikaw paġna biex jonorawha u jżommu l-memorja tagħha ħajja bħala ikona storika fil-komunità Maltija tal-LGBTQ+.
Intant kienu bosta persuni li fakkru l-memorja ta’ Katya fejn iddeskrivewha bħala persuna b’qalb tad-deheb u li dejjem lesta biex tgħin lil dak li jkun.