Tilfet ħajjitha Armite Geravand, tfajla Iranjana ta’ 16-il sena, li l-ġimgħa l-oħra, waqgħet f’koma wara allegat attakk mill-Pulizija tal-Moralità f’pajjiżha stess.
Dan skont rapporti li ħarġu minn diversi attivisti u siti tal-aħbarijiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-allegat każ seħħ meta hija kienet tiela’ fuq ferrovija.
Diversi attivisti qalu li dan seħħ hekk kif hija ma kinitx liebsa hijab, iżda l-awtoritajiet qed jinsistu li hi hassha ħażin.
Hija mietet aktar kmieni s-Sibt, wara li sofriet hsara f’moħħha.