Mietet it-tarbija li ġiet salvata mill-ġuf t’ommha, li kienet qed tmut f’Gaża, wara li sfat vittma ta’ attakk Iżraeljan mill-ajru.
It-tarbija, bl-isem ta’ Sabreen al-Sakani, li huwa wkoll l-isem t’ommha, twieldet fi Sptar f’Rafah ftit wara nofsillejl, nhar il-Ħadd.
Minkejja dan, hija mietet nhar il-Ħamis, u ndifnet fejn ommha.
It-tarbija kienet fost 16-il tifel u tifla oħra li nqatlu f’dawn l-attakki f’Rafah, tul tmiem il-ġimgġa li għadda.
Omm it-tarbija, kellha seba’ xhur u nofs tqala, u meta seħħ l-attakk, hija, żewġha u bintha ta’ tliet snin kienu reqdin.
Il-missier u l-bint tilfu ħajjithom f’dan l-attakk.
It-tarbija, minħabba l-fatt li twieldet qabel iż-żmien, kienet tiżen 1.4 kilogramma u kienet qed issofri minn problemi respiratorji.
In-nanna tat-tarbija, qalet li hija kienet lesta li taddotta t-tifla.