Mara ta’ 56 sena minn Pennsylvania nstabet mejta wara li idha nqabdet f’reċipjent tal-ħwejjeġ użati. L-awtopsja wriet kif il-mara mietet wara li għamlet sitt sigħat imdendla minn idha tul il-lejl.
Judith Permar istabet mejta fit-8:30 tal-Ħadd filgħodu meta banketta li telgħet fuqha biex tieħu basktijiet mir-reċipjent tal-ħwejjeġ sfrondat biha, l-id li daħlet fir-reċipjent inqabdet u minħabba f’hekk spiċċat imdendla.
Kmieni din is-sena l-Pulizija rċivew rapporti li kien hemm mara li bdiet tipparkja l-vettura tat-tip Hummer qrib ir-reċipjenti u bdiet tisraq il-basktijiet minn ġor-reċipjent. Basktijiet li jkunu mimlija żraben u ħwejjeġ li jingħataw lil nies fil-bżonn.