Pazjenta tal-kanċer li ispirat il-miljuni biż-żfin li kienet tiżfen quddiem il-kamera fil-kamra tal-isptar, tilfet ħajjitha kawża tal-marda qerridija.
Ana-Alecia Ayala tilfet il-battalja kontra l-kanċer l-Erbgħa wara nofsinhar fi sptar f’Dallas, fejn kienet imdawra minn ħbieb u membri tal-familja.
Aktar minn disa’ miljun persuna rat il-filmat li mar virali fuq Facebook u Instagram ta’ Ayala tiżfen.
Ħbieb kitbu messaġġi fuq Facebook fejn sostnew li jinsabu ispirati għal kif tħares lejn il-ħajja.
“Il-ħbiberija u l-karattur ferrieħi tiegħek għaqqad lil kulħadd! Ninsab vera xxukjata,” kitbet l-għalliema taż-żfin.