L-anzjana ta’ 72 sena li nhar id-9 ta’ Lulju waqgħet it-taraġ wara li tfixklet tilfet ħajjitha fl-isptar Mater Dei.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku kien taha l-assistenza u ambulanza kienet ħaditha l-isptar għal aktar kura.
Hemmhekk hi kienet ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.
Dwar dan il-każ kienet infetħet inkjesta maġisterjali li għadha għaddejja flimkien mal-investigazzjonijiet tal-pulizija.
AQRA WKOLL: