Tmut il-kantanta María Mendiola, il-kantanta tal-kanzunetta stil disco Yes Sir, I Can Boogie. Hija ħalliet din id-dinja fl-għomor ta’ 69 sena.
Il-kantanta li kienet parti mid-duo Spanjol Baccara, mietet imdawra mill-familja tagħha s-Sibt filgħodu f’Madrid.
Mendiola kienet ifformat Baccara mal-kantanta Mayte Mateos fl-1977.
Il-kanzunetta Yes Sir, I Can Boogie kienet fil-quċċata taċ-charts mużikali f’għaxar pajjiżi Ewropej fosthom fir-Renju Unit; filwaqt li nbiegħet aktar minn 16-il miljun kopja, l-aktar kopji mibjugħa minn grupp tfajliet dak iż-żmien.