Mietet id-debba Nellie, li kienet qed tinżamm minn RMJ Horse Rescue. Dan wara li ġiet ikkonfiskata mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali mingħand is-sid li kellha hekk kif kien qed iżommha f’kundizzjonijiet attroċi.
Is-santwarju taż-żwiemel spjegaw kif Nellie kienet fi stat ħażin ħafna u għamlu dak kollu li jistgħu biex ituha mqar l-aħħar ħinijiet ta’ ħajjitha tħossha maħbuba.
Nellie sfortunatament kienet qed tingħata kura kontra l-uġigħ li kellha, iżda sfortunatament il-kundizzjoni li kienet fiha kienet waħda wisq ħażina tant li ma felħitx aktar.
Kienu bosta li kitbu fuq Facebook favur aktar pieni ħorox meta wieħed jitressaq fuq akkużi relatati ta’ moħqrija fuq l-annimali. Dan hekk kif l-annimali huma innoċenti u wieħed irid ikun bla qalb biex jasal jaħqar annimal.