L-istilla ta’ Hollywood Doris Day, li hi magħrufa sew bħala fost l-aktar artisti femminili famużi, tilfet ħajjitha fl-età ta’ 97 sena.
Day li bdiet il-karriera tagħha fil-kant, kisbet suċċess kbir bħala attriċi f’films bħal Calamity Jane u Pillow Talk fejn kienet għamlet suċċess ukoll bil-kanzunetta Que Sera, Sera.
Is-sħubija tagħha ma’ Rock Hudson kienet fost l-akbar li kisbet suċċess fiċ-ċinema fis-snin 50 u 60.