L-attriċi Connie Azzopardi mietet fl-età ta’ 79 sena. Magħrufa fost ħafna bħala l-oħt iż-żgħira ta’ Gemma Portelli, kif fil-fatt kienet, Azzopardi ħadmet b’suċċess f’għadd kbir ta’ produzzjonijiet u sensiliet televiżivi. Fosthom Libra fuq ONE u Villa Sunset, wieħed mill-iktar magħrufa.
Mal-mument li tħabbret il-mewt mill-ewwel bdew jitilgħu l-kondoljanzi fuq il-midja soċjali, fosthom ta’ atturi oħra.