Tħabbret il-mewt ta’ Catherine Farrugia, omm l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Dr Anġlu Farrugia.
Hija kienet omm ta’ ħamest itfal, nanna u anke bużnanna.
Bosta persuni u għaqdiet sellmu l-memorja u offrew il-kondoljanzi lill-ħbieb u l-qraba tas-Sinjura Farrugia permezz tal-midja soċjali, fosthom is-Soċjetajiet Filarmoniċi Nicolo Isouard u ta’ Santa Marija fil-Mosta.