Lisa Marie Presley, l-unika wild tal-leġġenda Elvis, mietet fl-għomor ta’ 54 sena.
Ħabbret din l-aħbar ta’ niket ommha, Priscilla Presley.
Lisa Marie, li hija wkoll kantanta ddaħħlet l-isptar b’attakk ta’ qalb il-Ħamis filgħodu. Qed jiġi rrapportat li hija nstabet mitluqa fil-kamra tas-sodda tagħha mill-eks raġel tagħha, li jgħix fl-istess residenza.
Madanakollu, għadu mhux magħruf x’seta’ wassal għall-mewt ta’ Lisa Marie.
Fi stqarrija Priscilla talbet biex il-pubbliku jirispetta l-privatezza tal-familja f’dan il-mument.