Ir-reġina tal-mużika soul Aretha Franklin mietet. Hija kellha 76 sena.
Magħrufa l-iktar għal kanzunetti bħal Say A Little Prayer u Respect, il-kantanta tilfet il-battalja kontra l-marda tal-kanċer. Iktar kmieni din il-ġimgħa, qraba li kienu magħha fl-Isptar wissew lis-segwaċi tagħha biex ilestu ruħhom għaliex il-kantanta kienet waslet fl-aħħar.
Tul ħajjitha, Franklin biegħhet iktar minn 75 miljun album madwar id-dinja, u rebħet 18-il Grammy.