Anzjana ta’ 89 li kienet tbati minn mard kroniku ieħor, mietet waqt li kienet pożittiva bil-COVID-19.
L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-23 ta’ Ottubru u kienet ikkonfermata pożittiva għall-virus dakinhar. Hija baqgħet tingħata l-kura fl-isptar u mietet it-Tlieta filgħaxija.
Fi stqarrija, il-Ministeru tas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tal-awtoritajiet tas-saħħa.