Barrani ta’ dsatax-il sena inagħta sentenza ta’ tmintax-il xahar priġunerija wara li nstab ħati li kkawża ġrieħi gravi fuq sieħbu kawża ta’ daqqa ta’ sikkina f’rasu.
Persuna li rat l-inċident qal li waqt li kien qed iżarma sistema tas-sound fil-Knisja tan-NAxxar sema’ żewġ irġiel jargumentaw u kien hawn fejn isseċieda li jintervjeni sabiex iwaqqaf il-ġlieda. Meta mar ħdejhom Maxwell deher iġorr stikka f’id u sikkina f’id l-oħra. Madankollu sakemm wasal Maxwell kien laħaq ta’ daqqa ta’ sikkina f’ras il-vittma, Francis Opoku. Hekk kif tah id-daqqa f’rasu Maxwell prova jkaħrab minn fuq il-post iżda l-ħaddiem li mar sabiex jipprova jwaqqaf il-ġlieda laħqu u żammu sakemm waslu l-Pulizija.
Opoku qal lill-Qorti li huwa kien jgħix fi flat mal-aggressur u allegatament kienu ġew fl-idejn tliet ġimgħat qabel kawża ta’ argument ieħor.
Meta kkunsidrat il-gravita tal-każ, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli tat is-sentenza ta’ tmintax-il xahar ħabs u ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma għal perjodu ta’ sentejn.
L-avukatessa tal-għajnuna legali Dr Francina Abela dehret għal Maxwell filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Spiteri.