Tmintax-il persuna llum irħewlha għal avventura sabiħa. Se jkunu qed jitilgħu l-muntajna Kilimanjaro, bil-għan li jilħqu l-quċċata u jiġbru fondi għal kawża ġusta.
Din hija l-għaxar espedizzjoni, bid-disgħa ta’ qabilha jkunu ta’ suċċess kemm fl-ammont ta’ fondi li nġabru u kif ukoll bħala espedizzjonijiet innifishom.
L-espedizzjoni bl-isem ta’ Kilimanjaro Challenge 10 (KC10), se tkun qed tgħin biex jissaħħaħ il-proġett ta’ Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, bil-għan li jinġabru €65,000 biex tiġi ffinanzjata l-bini ta’ skola ġdida tal-Kindergarden f’Jemu fl-Etijopja.