Jessie Pasag, Filippin ta’ 31 sena li jgħix il-Fgura ntbagħat tmin xhur ħabs wara li ammetta li pprova jitlaq minn Malta b’dokument falz.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters spjegat li l-Filippin ipprova jitlaq minn Malta għal Ruma, b’dokument Portugiż falz, nhar is-Sibt li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih u ntbagħat tmin xhur ħabs.