Minn tal-anqas tmien persuni mietu fl-Istati Uniti wara li r-reġjun tal-Puntent inħakem minn kesħa qattiela li kien ilu ma jesperjenza għal deċenji sħaħ.
Student mill-Istat ta’ Iowa nstab mejjet barra l-Università li kien jattendi fost vittmi oħra ta’ din il-kesħa. Sptarijiet fl-inħawi qed jagħtu l-kura lil mijiet ta’ pazjenti li nħakmu mis-seqi, hekk kif il-kesħa mistennija tippersisti sa Tmiem din il-Ġimgħa.
Huwa stmat li mhux anqas minn disgħin miljun persuna qed ikunu affettwati minn dawn it-temperaturi baxxi.