Ian Bonnici, Għawdxi ta’ 31 sena ngħata tmien xhur priġunerija wara li lura fl-2014 kien fil-pussess u forna l-kokaina waqt il-karnival f’Għawdex.
Il-Qorti semgħet kif uffiċjali mill-iskwadra ta’ kontra d-droga tal-Pulizija innutaw lill-akkużat jaġixxi b’mod suspettuż lura f’Marzu 2014, f’Jeep ipparkjat barra diskoteka fir-Rabat Għawdex, flimkien ma’ raġel u tfajla oħra. Meta l-Pulizija resqu qrib sabiex jinvestigaw iż-żewġt irġiel irresistew lill-Pulizija u ġew arrestati.
Wara tfittxija li saret, Bonnici instabulu 14-il qartas kokaina b’purita ta’ 18%.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud sabet lill-akkużat ħati bl-ewwel akkuża u kkundannatu tmien xhur ħabs u multa ta’ €1,000 filwaqt li jrid iħallas l-ispejjeż tal-esperti tal-Qorti.