Sylvester Grech ta’ 33 sena ġie kkundannat għal 8 xhur ħabs wara li nstab ħati li darab b’mod ħafif lill-eks sieħba tiegħu.
Grech ikkaġuna ġrieħi f’wiċċ il-mara, li skont ċertifikat tat-tabib, kellha tbenġil u nefħa mad-dawra tal-għajn tax-xellug.
L-akkużat kien qal lill-Qorti li nnota xejn f’wiċċ l-eks tfajla tiegħu iżda ta dettalji t’argument li seħħ f’dar fiż-Żurrieq.
Il-Qorti, li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ma sabitx lill-akkużat ħati li ħoloq biża’ lill-vittma li se tintuża vjolenza kontriha.
Il-każ seħħ fis-6 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet.
Il-Qorti ordnat ukoll li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.