Immigrant mill-Mali ntbagħat tmien xhur ħabs wara li tressaq il-Qorti akkużat li ffalsifika tliet dokumenti.
Fil-Qorti, l-Ispettur qal li lejliet il-Milied, l-immigrant siefer lejn Fiumicino, l-Italja b’passaport Taljan, karta tal-identità u dokument ieħor kollha foloz.
Intqal kif huwa nqabad ġewwa l-Italja u ntbagħat lura f’pajjiżna fis-27 ta’ Diċembru, fejn imbagħad ammetta mal-pulizija meta kien qed jiġi investigat.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.