Tmien suldati Torok inqatlu fi ġlied li seħħ f’Afrin, reġjun li jinsab fit-Tramuntana tas-Sirja. Tlettax-il suldat ieħor sfaw feruti fil-jum tal-Ħamis, b’uħud minhhom jinsabu f’qagħda kritika.
Il-jum tal-Ħamis kien immarkat bħala wieħed mill-agħar jiem għas-suldati Torok mindu bdew l-offenisva kontra ġellieda Kurdi f’Afrin lura f’Jannar.
Sadanittant, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda mistenni jiddibatti s-sitwazzjoni f’Ghouta fis-Sirja.