Kien eżatt bħal-lum tmien snin ilu meta fir-raħal sieket tal-Għarb, ħdejn il-kappella ta’ San Dimitri, splodiet il-kamra tan-nar tal-familja Farrugia.
Fil-5 ta’ Settembru tal-2010, Għawdex inħasad wara li splużjoni li kważi nħasset ma’ Għawdex kollu ħalliet 6 vittmi mejta. Għall-familja tal-vittmi kif ukoll għal ħafna dillettanti tan-nar, fosthom dawk tal-Fontana, din il-ġurnata hija waħda ta’ swied il-qalb.
Kienu ħafna li fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom fakkru dawn il-vittmi.ONE NEWS tkellem ma’ Leanne Magro, qariba ta’ wieħed mill-vittmi fejn spjegat magħna li għalihom din il-ġurnata hija waħda li mhux se jinsew qatt.
“Hija ġurnata sewda għalina. Kemm jien kif ukoll il-familja tiegħi għadna nħossu t-telfa tagħhom sal-lum il-ġurnata”
Magro kompliet tgħidilna li kien missiera stess li mar fuq il-post tat-traġedja fl-Għarb u għin biex jinġabru l-fdalijiet tal-vittmi.