“M’għaddietx ġurnata waħda, li ma ftakartx fik u ħassejt in-nuqqas tiegħek.” Dan huwa kliem Jan Chircop, it-tifel tal-eks Membru Parlamentari Laburista, t-tabib Karl Chircop, hekk kif propju llum huwa t-tmien anniversarju mill-mewt tiegħu.
It-tifel tiegħu, Jan Chircop, fuq facebook fakkar il-memorja ta’ missieru li fi kliemu kien tabib mill-aqwa, politikant tan-nies u qabel kollox missier u raġel ta’ rispett kbir. Il-missier ta’ erbat itfal, tilef ħajtu fl-etá ta’ 43 sena wara emoraġija interna f’moħħu.
“Li titlef lil xi ħadd daqsekk importanti f’ħajtek, f’etá żgħira hija diffiċli ħafna. L-għajnuna li ssib minn familjari u ħbieb f’mumenti bħal dawn hija imprezzabbli” stqarr Jan.