Tmien djakni saru saċerdoti. L-ordinazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ se ssir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fis-6:00 p.m. It-tmien djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:
- Allister Marija Aquilina tal-Ordni tal-Minuri Konventwali,
- Robert Falzon, Salesjan ta’ Don Bosco,
- Sergio Fenech mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,
- Mark Mallia Pawley mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,
- Claude Mifsud mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta,
- James Saydon mill-Parroċċa ta’ Marija Bambina, in-Naxxar,
- Andrew Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi, u
- Gilbert Scicluna mill-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara.