Mit-Tnejn 18 ta’ Marzu sas-Sibt 23 ta’ Marzu f’Sarajevo il-Bożnja-Ħerżegovina ser isir il-Kampjonat Ewropew Indiviwali tal-Irġiel tas-Snooker fejn fih ser jieħdu sehem tmien players Maltin. B’kollox f’din l-edizzjoni ser jieħdu sehem 184 player minn 40 pajjiż differenti inkluż Malta. F’ewwel fażi, dik tal-gruppi, il-parteċipanti ġew maqsuma 46 grupp differenti u naturalment f’din parti inizjali l-ebda player mill-istess pajjiż jistgħu jiltagġqu flimkien.
It-tmien players Maltin u l-grupp rispettiv tagħhom huma Alex Borg (Grupp G), Isaac Borg (Grupp AB), Aaron Busuttil (Grupp AA), Arthur Cachia (Grupp AC), Joseph Casha (Grupp K), Philip Ciantar (Grupp AE), Brian Cini (Grupp M) u Chris Peplow (Grupp C). Minn kull grupp tnejn jgħaddu għal fażi tan-knock out. L-akbar kontigent ta’ players huwa dak tal-Bosnja stess b’total ta’ ħmistax -il player.
Fl-ewwel tliet t’ijiem ta’ kompetizzjoni jsiru l-logħbiet kollha tal-gruppi fejn kull player irid jilgħab tliet darbiet peress li kull grupp hu ffurmat minn erba’ players. Il-Ħamis tintlagħab l-ewwel parti tan-knock sakemm il-kompetizzjoni tasal għal 32, il-Gimgħa jkomplu bl-eliminazzonijiet u s-Sibt, fl-aħħar jum fil-għodu jkun hemm ż-żewġ semi finali u aktar tard wara nofs in-nhar il-finali.
It-team Malti ser jasal f’Sarajevo illum, il-Ħadd tard filgħaxija u kull player għada jilgħab l-ewwel konfront tiegħu. Is-sessjonijiet tal-logħbiet mifruxa fuq il-jum kollu u huma maqsuma bejn l-10 a.m u 8 p.m. Il-players huma akkumpanjati mill-uffiċjali tal-Malta Billiards & Snooker Assocation, immexxija mill-President, Ivan Brincat, li diġa jinsab il-Bosnja peress attenda għall-AGM tal-European Billiard & Snooker Federation.