Tmien persuni ndarbu wara li raġel armat b’sikkina attakka persuni mexjin fuq il-bankina fil-belt Russa ta’ Surgut. Il-Pulizija Russa qatlet lill-aggressur b’tiri sparati lejh.
L-attakk seħħ għall-ħabta tal-10:20 ta’ dalgħodu. Fuq il-post issejħet assistenza medika sabiex tassisti persuni li ndarbu. Fortunatament ħadd ma tilef ħajtu f’dan il-każ.
L-awtoritajiet issa qed jippruvaw jidentifikaw lill-aggressur u jsiru jafu x’wassal biex wettaq l-attakk fejn qed jippruvaw jivverifikaw jekk kienx ibati minn kundizzjoni ta’ saħħa mentali.