Tmien persuni nqatlu fi sparatura f’Indianapolis fl-Istati Uniti.
Fl-isparatura li seħħet f’faċilità tal-kumpanija FedEx tul il-lejl li għadda, raġel deher jispara b’arma tan-nar awtomatika.
Huwa maħsub li r-raġel li wettaq dan l-attakk waħdu, spiċċa ħa ħajtu b’idejh bl-awtoritajiet tal-post jgħidu li issa m’għadux ta’ theddida għall-pubbliku.