Minn tal-inqas tmien persuni jmutu u tletin oħra ndarbu f’dar ta’ persuni b’diżabiltà nħakmet min nirien fir-Reppublika Ċeka.
Dan l-inċident sfortunat seħħ fil-villaġġ ta’ Vejprty u l-kawża ta’ dan in-nirien għadha mhux magħrufa.
Kelliem għas-servizzi tal-emerġenza qal li dan l-inċident kien irrapurtat li seħħ għal ħabta tal-ħamsa neqsin għaxra ta’ filgħodu u fuq il-post marru seba’ ambulanzi, bi tnejn minnhom ġejjin mill-Ġermanja – hekk kif dan il-villaġġ jinsab fil-burdura mal-Ġermanja. Filwaqt li s-sindku ta’ dan il-villaġġ qal li n-nar tkebbes mis-sala tal-irġiel u li t-tmien vittmi tilfu ħajjithom għax belhu d-duħħan.
Il-Prim Ministru tar-Reppublika Ċeka Andrej Babis żar il-post u qal li din hija traġedja kbira għal pajjiż u li se jagħti l-għajnuna kollha sabiex isiru l-investigazzjoni meħtieġa.