Żewġ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara inċident fi Vjal Hompesch, il-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00pm u fih kien hemm involuti tmien persuni.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn sitt karozzi. Kienu s-sewwieq ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żabbar u l-passiġġiera tal-karozza BMW 320, tfajla ta’ 17-il sena residenti Birkirkara li sofrew ġrieħi
Is-sewwieqa u l-passiġġiera tal-karozzi Toyota Vitz, Suzuki Alto, Peugeout 106, Rover 620 u Ford Connect ma sofrew ebda ġrieħi.
Persuni fuq il-post iddeskrivew li l-karozza BMW 320 ġarbet ħsarat kbir.
Ritratti: Ephrom Tabone