Ħidma mill-Iskwadra ta’ kontra d-droga dan il-lejl wasslet għall-arrest ta’ seba’ persuni ta’ nazzjonalita’ Maltija, Franċiża u Taljana u l-etajiet ivarjaw bejn 19 u 28 –il sena.
Seba’ persuni ġew arrestati mill-iskwadra ta’ kontra d-droga bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd. Dawn il-persuni huma ta’ nazzjonalita Maltija, Franċiża u Taljana li għandhom bejn 19 u 28 sena.
Dawn il-persuni instabu fil-pusess ta’ sustanza ssuspettata kokaina u l-pjanta kannabis. Huma ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jgħinu fl-investigazzjonijiet. Filwaqt li sitta mis-seba’ persuni arrestati instabu fil-pusses ta’ ammont ta’ droga għal uzu personali, ġuvni Malti instab fil-pusses ta’ diversi qratas bi trab abjad allegatament suspettata kokaina.
Il-Malti se jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjien akkużat bil-pusses aggravat ta’ l-istess medicina perikoluża.
Dawn ma kinux l-unika arresti li saru lbieraħ, hekk kif raġel ieħor li għandu 33 sena u residenti l-Għarb ġie arrestat mill-Pulizija f’Għawdex wara li instab fil-pusses ta’ madwar 200 gramma tas-sustanza suspettata kannabis lesta għat-traffikar u kellu wkoll xi qratas bi trab abjad suspettata kokaina.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjien.