B’kollox inqatlu tmien persuni wara sparaturi li seħħew fi tliet spas differenti fl-istat Amerikan ta’ Georgia.
Il-pulizija qalet li erba’ persuni ġew maqtula f’ħanut tal-massaġġi fin-naħa ta’ fuq ta’ Atlanta filwaqt li erbgħa oħra ġew maqtula f’żewġ spas oħra fl-istess żona.
Intant l-Korea t’Isfel ikkonfermat li erbgħa minn dawn il-vittmi huma ta’ dixxendenza Koreana.
Sadanittant l-uffiċjali tal-Pulizija arrestaw dak li hu meqjus bħala s-suspettat f’dawn l-attakki.
Dan huwa żagħżugħ ta’ 21 sena.
S’issa m’hemm l-ebda motiv identifikat ta’ x’seta’ wassal għal dan l-attakk.