Fost il-11-il immigrant kien hemm 8 itfal li tilfu ħajjithom meta d-dgħajsa tagħhom għerqet qrib it-Turkija. 8 persuni oħra ġew salvati qrib Cesme, żona turistika faċċata tal-gżira Griega, Chios. S’issa għad mhix magħrufa n-nazzjonalità tagħhom.
It-Turkija qed isservi bħala punt stratiġiku għall-immigranti biex minn hemm ikunu jistgħu jwittu triqithom lejn l-Ewropa, permezz tal-Greċja.