Xemx u xita Alla jaf meta iżda matul dawn l-aħħar jiem it-temp tagħna indikazzjoni tajba hekk kif it-temperaturi niżlu u s-sħab telgħu, ix-xita żdiedet. Is-sit tat-tbassir tat-temp, FirstMalta, rrapporta kif illum hemm ċans ta’ 60% li tagħmel ix-xita iżda dan ma jfissirx li tmiem il-ġimgħa se jkun kollu hekk. Dan hekk kif minkejja li hu mistenni li jkun imsaħħab, il-Ħadd mistenni jkun xemxi.
Intant il-ġimgħa d-dieħla mistenni li t-temp ikun imsaħħab iżda mhux bix-xita, bix-xita tkun qed tagħmel ritorn il-Ħamis li ġej.