Il-Vehicle Inspection Unit, fi ħdan Transport Malta ħarġet erbgħa u ħamsin kontravenzjoni fuq erbatax-il vettura.
Dan hekk kif, aktar kmieni din il-ġimgħa din it-taqsima għamlet spot checks fin-Naxxar.
Apparti il-kontravenzjonijiet, ġew ukoll ikkonfiskati pjanċi minn żewġ vetturi, filwaqt li trakk ġie miżnum fit-triq u skortat ’il bogħod biex inaqqas il-piż, biex ikun konformi mar-regolamenti.
B’reazzjoni għal dan, il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, Jonathan Borg stqarr li dawn il-kontrolli fuq il-post huma kruċjali biex tiġi żgurata s-sigurtà fit-toroq.
Huwa saħaq ukoll fuq l-importanza ta’ spezzjonijiet regolari tal-vetturi biex jiġu evitati inċidenti, u tinżamm l-inteġrità tan-netwerk tat-toroq ta’ pajjiżna.