Fuq il-midja soċjali, Transport Malta ħabbret li fil-jiem li ġejjin se jidħlu fis-seħħ bidliet li jagħmlu l-ivvjaġġar aktar faċli u effiċjenti.
Mill-1 ta’ Diċembru, ir-rotta 101 bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, se tibda tkopri ukoll Triq Qasam Barrani u Triq Edward Camilleri fil-Mellieħa.
Mill-11 ta’ Diċembru, ir-rotta 103 bejn Pembroke u l-Mosta se tibda tinkludi l-Burmarrad Business Park.
Mill-15 ta’ Diċembru, ir-rotta 47 bejn il-Mosta u l-Belt Valletta se jkollha servizz aktar frekwenti mit-Tnejn sas-Sibt, b’servizz kull għoxrin bejn il-5:30am u d-9am u servizz kull 30 minuta bejn wara d-9am u s-7pm.
Mill-istess jum ukoll, ir-rotta 90 bejn Ħaż-Żabbar, il-Fgura u l-Belt se topera aktar spiss u aktar tard b’servizz kull 20 minuta bejn il-5:30am u s-7pm u servizz kull siegħa wara s-7pm.